Il-konklużjonijiet tal-Inkjesta Maġisterjali li investigat il-każ ta’ Jean Paul Sofia, juru biċ-ċar li l-ħaddiema ma kinux protetti biżżejjed fuq il-post tax-xogħol.
Dan sostnieħ il-Kap tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella meta f’intervista ma’ dan l-istazzjon semma’ kif din l-inkjesta tqabbdek kemm rabja kbira kif ukoll swied il-qalb, hekk kif rajna kollass totali tas-sistema kollha.
Josef Vella semma kif biex inbena dan il-bini, kulma kien hemm bżonn kien DNO jew fi kliem semplici, notifika għal żvilupp – DNO li qatathom min fuq ir-radars tal-awtoritajiet kollha. Fosthom, l-Awtorita tas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, li ma kinitx taf b’dan il-proġett.
Huwa qal illi kif dan l-abbuż seħħ fil-każ ta’ Sofia, min jaf kemm hemm binjiet oħrajn li mhmiex irregolati kif suppost.
Josef Vella għamel referenza għall-fatt li mill-każ ta’ Miriam Pace l-awtoritajiet ma tgħallmu xejn, għaliex kieku tgħallmu xi ħaġa forsi ma kienx jiġri dak li ġara lil dan iż-żagħżugħ.
Apparti minn hekk – kif issemma fl-Inkjesta Maġisterjali, il-Maġistrat ammettiet li din l-inkjesta ma kinitx biżżejjed, b’Josef Vella jaqbel ukoll mal-Partit Nazzjonalista li hemm bżonn Inkjesta Pubblika dwar dan il-każ.
Josef Vella irrefera għad-drittijiet tal-ħaddiema u semma kif dawn id-drittijiet kienu non-eżistenti – dan minħabba li kien hemm ħaddiema li ma kinux kompetenti u li ma kellhomx il-ħiliet neċessarji biex iwettqu dan ix-xogħol. Filwaqt li kien hemm ukoll nuqqas ta’ supervisors u professjonisti.
Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM insista illi ma jistax ikun li l-awtoritajiet jilgħabu bil-ħajjiet tan-nies b’dan il-mod, u ma jistax ikollna aktar imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.
//= $special ?>