Lokali

Kriżi enormi fl-Isptar Mater Dei – il-ħaddiema mhux ilaħħqu

Kriżi fl-isptar. Kurituri iffullati. Nies li kienu ilhom 12 il-siegha jistennew fl-emergenza.

Hija din is-sitwazzjoni f-Isptar Mater Dei – sptar illi qiegħed jesperjenza influss enormi ta’ persuni li qed jirrikorru għas-servizzi tal-emerġenza, b’riżultat tas-sħana u l-qtugħ tad-dawl li esprejenzajna fil-gżejjer Maltin f’dawn il-jiem.

Net News diġa’ irrapporta li 10 persuni mietu kaġun ta’ din is-sitwazzjoni, ħafna minnhom anzjani. U din l-aħbar qatt ma ġiet miċħuda mill-Ministeru tas-Saħħa.

Issa, l-amministrazzjoni ta’ Mater Dei iddeċidiet illi tipposponi uħud mill-operazzjonijiet li kienu skedati għal dawn il-ġranet. Għalkemm il-pressjoni fuq l-isptar għadha qed tinħass sew.

B’rabta ma’ dan kollu l-Ħamis waranofsinhar Net News saqsa lill-kirurgu u Ministru responsabbli mill-Anzjani, Jo Etienne Abela x’inhi r-reazzjoni tiegħu għal din il-kriżi fil-qasam tas-saħħa.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qalilna illi l-isptar mhux ilaħħaq minħabba n-numru tal-pazjenti – realtà li ġabha b’idejh il-Labour, meta imbarka fuq politika li kienet ibbażata biss fuq iż-żieda fil-popolazzjoni. U allura, kif wieħed stenna, affetwat ukoll l-isptarijiet.

….dan minkejja l-fatt li suppost f’dawn l-għaxar snin pajjiżna kellu jibbenefika minn servizz ta’ Sptar ieħor, l-Isptar San Luqa. Iżda minflok ma l-poplu ngħata sptar ieħor li kien se jgħin lill-pajjiż ilaħħaq maż-żieda sproporzjonata fil-popolazzjoni, spiċċaw intefqu €400,000,000 f’kuntratti frawdolenti.

Intant, mistoqsi min se jkun qiegħed jerfa’ responsabbiltà tal-kriżi nazzjonali li żviluppat fl-aħħar ġimgħa u nofs ….meta saħansitra sfortunatament tilfu ħajjithom numru ta’ persuni… Jo Etienne Abela insista li hija normalità li jmutu n-nies f’heatwave. Iżda insista li s-sistema tal-provvista tal-elettriku trid tinbidel mill-qiegħ.