Il-kriżi tal-provvista tad-dawl issa daħlet fil-11-il jum tagħha. Bl-Enemalta tgħid illi kif ġara f’dawn l-aħħar ijiem, ċerti każijiet fejn ikun hemm numru ta’ ħsarat jew diffikultajiet fl-istess żona, ikunu jeħtieġu iżjed ħin biex tingħata lura l-provvista tal-elettriku.
L-Erbgħa filgħaxija, inġinieri u tekniċi tal-Enemalta lestew ix-xogħlijiet sabiex jinbidel transformer li sofra ħsarat f’Ħal Qormi. Il-konsumaturi affettwati minn din il-ħsara ngħataw lura l-provvista tal-elettriku hekk kif it-transformer il-ġdid ġie ttestjat u nxtegħel.
sadatant, it-timijiet tal-Customer Response tal-Enemalta ħadmu fuq numru ta’ ħsarat iżgħar li ġew irreġistati fuq in-network ta’ vultaġġ baxx, li jiddistribwixxi l-elettriku mis-substations sal-konsumaturi. Ħsarat fuq dan in-network jolqtu konsumaturi individwali jew zoni żgħar, bħal partijiet minn toroq.
//= $special ?>