Martine Cutajar 24 sena u Slaven Micallef 26 sena kienu r-rebbieħa tat-titli prestiġjużi tal-Miss u Mr World Malta, u b’ hekk huma ngħataw id-dritt sabiex jirrappreżentaw lil Malta fl-akbar konkors tas-sbuħija – Miss u Mr World. Il-finali jkun segwit min aktar minn 2.5 biljun telespettatur madwar id-dinja.
Fit-tieni post ġew Amber Debono u Giorgio Dolce, waqt li fit-tielet post ġew Graziella Debono u Sven Pavia.
It-tema ta’ Beauty with a Purpose ta’ din is-sena, kienet iddedikata għal The Malta Trust Foundation, fejn il-kontestanti kienu l-protagonisti sabiex jigu organizzatti diversi attivitajiet, fejn inġabru sommom ta’ flus. Dan it-titlu mar għand Graziella Debono.
24 tfajla u 14-il ġuvni ħadu sehem fit-23 edizzjoni. L-avveniment, li kien immexxi minn Keith Demicoli u Quinton Scerri sar f’Fort Sant Elmo, u xxandar live fuq ONE TV.
//= $special ?>