Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Il-Portugall iħallu Grupp E miftuħ filwaqt li l-Vietnam eliminati

(Ritratt: EPA)

Grupp E:

PORTUGALL….2

VIETNAM……..0

B’rebħa ta’ 2-0 fuq il-Vietnam, il-Portugall issa għandhom konfront deċiżiv kontra ċ-champions tad-dinja l-Istati Uniti hekk kif dawn tal-aħħar għandhom 4 punti daqs l-Olanda filwaqt li l-Portugiżi jinsabu warajhom bi 3 punti.

It-tim immexxi minn Francisco Neto mar fil-vantaġġ wara biss 7 minuti meta l-kross ta’ Lucia Sousa Alves sab lil Telma Encarnacao żmarkata u b’xutt mill-ewwel tefgħet wara Tran Thi.

Encarnacao reġgħet kellha sehem fit-tieni gowl tal-Portugal fil-21 minuta, meta din id-darba provdiet l-assist lil Kika Nazareth li b’xutt fil-baxx skorjat it-tieni gowl li ssiġilla r-rebħa għall-Portugall.