Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Lindsey Horan issalva punt għall-Istati Uniti

Grupp E:

STATI UNITI……1

OLANDA………..1

Riżultat li ħalla l-kwalifikazzjoni minn dan il-grupp miftuħa, biż-żewġ timijiet iżda jibqgħu favoriti li jikkwalifikaw meta għandhom 4 punti kull wieħed, iżda issa jinsabu segwiti mill-Portugall bi 3. Dan ir-riżultat kien ifisser ukoll li l-Olanda waqfet ir-rekord ta’ 10 rebħiet infila tal-Istati Uniti.

Kienet l-Olanda li fis-17-il minuta tal-ewwel taqsima marret fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Victoria Pelova, kienet Jill Roord li għelbet lil Alyssa Naeher għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Bl-Istati Uniti għal ħinijiet twal fuq l-offensiva, fit-62 minuta meritatament kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Lindsey Horan li minn azzjoni ta’ Rose Lavelle, b’daqqa ta’ ras għelbet lil Daphne van Domselaar għal 1-1, riżultat li biħ intemmet il-partita.