Żewġ nisa Spanjoli ammettew li serqu €900 fi flus kontanti minn handbag li ntilfet fl-ajruport. L-Ispettur Roxanne Tabone ressqet lil Isabel Del Socorro Diaz Ramos, infermiera, u Carmen Dolores Martin Padron, li taħdem f’uffiċċju bħala amministratur, it-tnejn ta’ 53 sena, minn Las Palmas, quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo..
In-nisa ġew akkużati li serqu €900 fi flus kontanti minn portmoni ġewwa t-toilets tan-nisa fis-Sala tal-wasliet tal-ajruport l-Erbgħa wara nofsinhar. L-Ispettur Tabone qalet lill-Qorti l-Erbgħa, il-Pulizija kienet irċeviet rapport li passiġġiera Torka kienet ħalliet ħalliet l-handbag tagħha fit-toilets u meta reġgħet lura għalih ma kinitx fejn ħallietu.
Meta eventwalment sabet il-ħandbag, skopriet li kellu €900 neqsin mill-kontenut tiegħu. Il-Pulizija tal-ajruport aġixxew malajr u identifikaw liż-żewġ akkużati minn filmati tas-CCTV meħuda barra t-toilets tal-ajruport.
In-nisa ġew arrestati, meta kienu għadhom ġewwa l-ajruport, kull waħda ġġorr €450. Iż-żewġ imputati wieġbu ħatja ta’ serq aggravat. Il-Qorti ġiet infurmata li l-flus misruqa kienu rritornaw lil mara Torka u li l-akkużati kkooperaw mal-investigazzjoni tal-pulizija.
Huma nstabu ħatja fuq l-ammissjoni tagħhom stess, bil-Qorti tikkundanna lin-nisa Spanjoli għal 12-il xahar ħabs, sospiżi għal sentejn. L-Avukat Josette Sultana assistiet lill-akkużati bħala avukat tal-għajnuna legali.