Fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm li qed isiru fi Fukowoka fil-Ġappun, rekord ieħor tad-dinja mill-Awstralja.
Fil-finali tal-4 X 200 metru freestyle tan-nisa, l-Awstralja temmet qabel l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Wara li l-Awstralja rebħet ukoll ir-relay tan-nisa 4 X 100 metru, fil-finali 4 X 200 metru fl-ewwel frazzjoni kien hemm Mollie O’Callaghan u Shayna Jack rebbieħa fl-ewwel relay li flimkien ma’ Brianna Throssell u Ariane Tirmus temmew fl-ewwel post f’7 minuti, 37.50 sekondi biex kisru r-rekord tagħhom stess miksub sena ilu fil-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham li kien ta’ 7 minuti, 39.29 sekondi.
Fit-tieni post l-Istati Uniti f’ 7 minuti 41.38sekondi qabel iċ-Ċina b’7 minuti, 44.40 sekondi
//= $special ?>