Is-Serata għall-premjazzjoni tal-Emmy Awards li kellha ssir f’Settembru spiċċat posposta minħabba s-strajk attwali tal-atturi u esponenti oħra taċ-ċinema
Is-strajk paralizza lid-Dinja ta’ Hollywood u bħalissa, l-membri tas-Screen Actors Guild u tar-Writers Guild of America qed jissieħu fl-akbar ‘walkout’ għal 60 sena…Azzjoni li ħalliet impatt enormi għall-promozzjoni u produzzjoni tal-films ġodda, inklużi s-sensiliet televiżivi.
F’din is-sitwazzjoni, l-atturi u l-awturi msieħba fil-unions ma jistgħux jaħdmu jew jieħdu sehem f’attivitajiet promozzjonali li jinkludu awards shows bħall-Emmys. Lanqas ma ssemmiet data potenzjali għaċ-ċerimonja tal-Emmys tal-2023 — bl-organizzaturi qed jittamaw li ‘il quddiem jintlaħaq forma ta’ ftehim mal-kumpanniji tat-televiżjoni.
L-Emmy Award hu l-aktar premju prestiġjuż assoċjat mat-Televiżjoni Amerikana, bil-produzzjonijiet innominati għall-premju ta’ din is-sena jinkludu Succession, The Last of Us, The White Lotus u Ted Lasso.
//= $special ?>