Lokali

Il-25 Jamboree Dinji tal-iScouts


Mill-1 sat 12 t’Awwissu, 26 membru mill-Victoria Scout Group se jibdew avventura ta’ darba f’ħajjithom, dik li jipparteċipaw fil-25 Jamboree Dinji tal-iScouts.

Huma se jingħaqdu ma Scouts oħra minn Malta u Għawdex biex jiffurmaw il-kontinġent Malti, li se jkun qed jingħaqad wkoll ma għexieren ta’ eluf ta’ Scouts oħra minn madwar 170 pajjiż ieħor.


Il-25 Jamboree Dinji tal-iScouts se jsir fi spazju ġdid tal-kampeġġi f’Saemangeum, Jeollabuk-do, fil-Korea t’Isfel.

It-tema tal-Jamboree, “Pinġi l-Ħolma Tiegħek” tirrappreżemta l-ħeġġa tal-organizzaturi biex jaċċettaw l-ideat u l-opinjonijiet taż-żgħażagħ, u biex joħolqulhom opportunità biex il-ħolm tagħhom tal-Jamboree jseħħ.

“Pinġi l-Ħolma Tiegħek” tesprimi x-xewqa għall-membri tal-Moviment tal-iScouts biex jibdlu l-25 Jamboree Dinji tal-iScouts f’festival personali u jkabbru l-ideat tagħhom permezz ta’ dan l-avveniment.

Tags