Lokali

Il-klikka ta’ Muscat terġa’ toħodha kontra Abela

“Is-skiet risposta”, kien il-messaġġ ta' Norma Saliba. Mingħajr ma indikat għal min qed tirreferi

“Kuraġġ Norma, mhux se nħalluk waħdek.”

Dan huwa l-appell ta’ Manuel Cuschieri illi ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-klikka ta’ Robert Abela wara li Norma Saliba tqaċtet mit-tmexxija tan-newsroom tal-PBS – aħbar illi kienet ilha ġimgħat li ġiet żvelata mill-gazzetta il-mument.

Fuq Facebook, Manuel Cuschieri saqsa għaliex waqfet Norma Saliba mill-PBS, x’kienet ir-raġuni li ma tħallietx editur tal-PBS u kif ħadd ma rreaġixxa għal din id-deċiżjoni, illi hu sejħilha bħala waħda “stramba”.

U quddiem din il-mossa min-nies ta’ Robert Abela, Manuel Cuschieri saħaq li se jkompli jitkellem fl-apert fiz-zmien li ġej – sakemm toħroġ il-verita’ kollha.

L-eks-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS, Norma Saliba qed tghid illi kienet hi rreżenjajt mill-kariga għal raġunijiet personali; anke jekk qalet li kellha iktar kontribut x’tagħti.

Norma Saliba qalet li hi qatt m’għamlet vendikazzjonijiet f’xogħlha u qatt ma ħadet vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha biex taġevola jew tkisser lil xi ħadd.

Hi sostniet illi fl-aħħar ġimgħat, spiċċat vittma ta’ kampanja qarrieqa, bl-uniku skop li jsirilha assassinju tal-karattru.

“Is-skiet risposta”, kien il-messaġġ ta’ Norma Saliba. Mingħajr ma indikat għal min qed tirreferi.