Stewart Said
NEPTUNES VIDEOSLOTS….. 21
SIRENS………………………………… 10
(6-3), (6-1), (5-2), (4-4)
Neptunes Videoslots laħqu momentarjament lil San Ġiljan fil-quċċata tal-Kampjonat Premier u se jkunu spettaturi interessati qabel id-dwell bejn il-Ġiljaniżi u Sliema. Konfront li fih Neptunes għamluha faċli għalihom infushom.
Huma qatt ma kienu minn taħt u kien biss meta Matyas Pasztor wieġeb għall-gowl inizjali ta’ Filip Filipovic li Neptunes ma kinux minn fuq. L-unika reazzjoni denja ta’ Sirens seħħet meta naqqsu d-distakk għal 4-3 b’żewġ gowls ta’ Pasztor u Pietro Figlioli sakemm żewġ gowls fl-aħħar perjodu tas-sessjoni kabbru l-vantaġġ għal 6-3.
Dan id-distakk kiber għal 8-3 u wara l-gowl ta’ Pasztor għal Sirens, waslu erba’ gowls konsekuttivi li aċċertaw minn rebħa għal Neptunes. L-andament fil-logħba ma nbidilx hekk kif Neptunes baqgħu jikkontrollaw u kabbru l-vantaġġ għal 15-4 fit-tielet sessjoni, b’Sirens wieġbu biss f’żewġ okkażjonijiet wara l-gowls tal-avversarji. L-uniku konsolazzjoni għal Sirens fl-aħħar sessjoni kienet li llimitaw ftit id-danni.
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (4), S. Gialanze (1), G. Pace, M. Castillo (2), J. Bajada (2), S. Camilleri (4), J. Camilleri (1), A. Ivovic (2), F. Filipovic (4), A. Fenech (1), E. Mallia, M. Rossi, D. Bugeja
Sirens: T. Micallef, P. Serracino (1), K. Erdogan (1), P. Figlioli (1), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (1), M. Chircop, G. Melillo, M. Cutajar, M. Pasztor (3), M. Sciberras (1), M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis, J. Cachia (1), G. Sammut
Referees: Stefano Alfi, Massimo Angileri
MARSAXLOKK BROWN’S… 15
OTTERS NIVEA………………….. 12
(4-5), (3-2), (4-1), (4-4)
Marsaxlokk Brown’s tħabtu aktar milli mistenni biex aċċertaw mir-rebħ tat-tliet punti. Otters, issa taħt it-tmexxija ta’ Anthony Farrugia, offrew sfida denja iżda pattew qares għal nuqqas ta’ attenzjoni waqt it-tielet sessjoni.
Iż-żewġ timijiet kellhom darbtejn il-vantaġġ fl-ewwel sessjoni. Otters kienu 2-1 minn fuq, Marsaxlokk dawru r-riżultat u kienu 3-2 u 4-3 fil-vantaġġ sakemm Otters skorjaw darbtejn. Botta u risposta fit-tieni sessjoni wasslu biex Otters baqgħu gowl minn fuq iżda t-tielet gowl personali għal Moskov għamel l-iskor indaqs.
Il-mument deċiżiv tal-logħba seħħ fit-tielet sessjoni hekk kif erba’ gowls konsekuttivi minn erba’ plejers differenti taw vantaġġ ta’ 11-7 lil Marsaxlokk. Otters stenbħu u wara l-gowl ta’ Matthew Farrugia setgħu anki resqu żewġ gowls bogħod.
Otters baqgħu jippruvaw fl-aħħar sessjoni u naqqsu d-distakk għal 13-11 iżda gowl ta’ Moskov żewġ minuti mit-tmiem serraħ ras ix-Xlukkajri.
Marsaxlokk: Mi. Farrugia, A. Aquilina, B. Zammit, Ma. Farrugia (1), N. Moskov (6), J. Valletta, M. Zammit (1), M. Aquilina, R. Galea (2), S. Misic (4), E. Bonnici, L. Mallia, S. Mifsud, A. Cook (1), G. Gatt
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, D. Dimech, M. Meli (1), M. Jelaca (4), I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech, J. Saric (3), Mat. Farrugia (3), A. Dimech (1), M. Grech, K. Micallef, A. Bianchi
Referees: Stefano Alfi, Alex de Raffaele
TA’ XBIEX AMIGOS…… 24
BARRACUDAS…………… 11
(4-2), (6-3), (6-2), (8-4)
Ta’ Xbiex Amigos telgħu waħedhom fir-raba’ post tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa faċli fuq Barracudas. Ta’ Xbiex qatt ma kienu fil-periklu li setgħu jitilfu l-logħba għalkemm kien mistenni ftit aktar oppożizzjoni minn Barracudas.
L-ewwel sessjoni ntrebħet 4-2 b’Culic jirdoppja l-vantaġġ lejn tmiem is-sessjoni. Id-distakk kiber għal 7-3 fit-tieni sessjoni sakemm Ryan Sciortino u Radovan Latinovic qatgħu d-distakk għal żewġ gowls biss. Madankollu Ta’ Xbiex baqgħu konċentrati u daħlu jistrieħu 10-5.
Fit-tielet sessjoni Ta’ Xbiex aċċertaw mir-rebħ tat-tliet punti u wessgħu l-vantaġġ għal 15-6 wara erba’ gowls konsekuttivi. Fl-aħħar sessjoni ntilfu t-tattiċi kollha, b’Ta’ Xbiex f’mument minnhom ikollhom vantaġġ ta’ 20-7. Spikka Uros Vasic bi tripletta fis-sessjoni.
Ta’ Xbiex: M. Vassallo, N. Schiavone (2), L. Montebello Brownrigg, L. Grech Carr (2), K. Grech, R. Mock (1), J. Saliba (1), K. Milakovic (3), U. Vasic (8), J. Culic (1), Z. Bartolo, J. Farrugia, G. Galea Curmi, M. Ortoleva (4), K. Agius (2)
Barracudas: I. Schembri, A. Piccione, A. Magri (1), P. Micallef, K. Cauchi, R. Sciortino (2), I. Gusarov (1), R. Latinovic (3), C. Bugeja (4), S. Apap, A. Mifsud, T.J. Mifsud, M. Borg, A. Falzon, W. Ruggier
Referees: Massimiliano Sponza, Ronnie Spiteri
//= $special ?>