Futbol Sport

Juventus barra mill-UEFA Europa Conference League

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA għadha kif iddeċidiet li ma tħallix lil Juventus jikkompetu fl-Europa Conference League.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara l-każ tal-qliegħ kapitali, każ li għalih il-Bianconeri diġa pattew qares meta tneħħewlhom 10 punti fl-aħħar parti tas-Serie A, biex mit-tieni post spiċċaw il-kampjonat fis-seba’ post.

Minflok Juventus se jkunu qed jidħlu l-finalisti tal-edizzjoni li għaddiet Fiorentina, wara li kienu huma li spiċċaw fit-tmien post l-istaġun li għadda.

Minbarra din is-sospensjoni, Juventus weħlu multa ta’ €20 miljun, iżda €10 miljuni minnhom se jkunu kundizzjonali skond ir-riżultati finanzjarji.