In-nies li kienu għaddejjin b’ġita ta’ esplorazzjoni qalb l-Alpi tal-Iżvizzera sabu l-fdalijiet ta’ xabbatur Ġermaniż li kien ilu nieqes mill-1986 u li spiċċa jmut viċin il-famuża Muntanja ta’ Matterhorn.
L-iskoperta makabra saret possibbli wara li nħallet massa tas-silġ li kienet qed iżżomm il-katavru – u b’hekk issolva misteru ieħor fost il-ħafna inċidenti u żviluppi mhumiex spjegati li seħħew snin ilu qalb is-silġ u l-borra tal-Alpi….Silġ u borra li qed jonqsu dejjem aktar minħabba l-effetti tal-global warming.
Ix-xabbaturi li kienu għaddejjin mit-Theodul glacier – ‘il fuq mill-belt ta’ Zermatt – indunaw b’żarbun u xi tagħmir għall-esplorazzjoni tal-muntanji li dehru jippuntaw ‘il fuq minn minn munzell silġ u ftit wara elevaw il-katavru tal-Ġermaniż li 37 sena ilu kien is-suġġett ta’ tfittxija intensiva li rriżultat fix-xejn,
Il-Pulizija ma identifikawx lix-xabbatur b’ismu u qalu biss li hu kellu 38 sena meta spiċċa rappurtat nieqes waqt hike viċin il-Matterhorn.
//= $special ?>