Lokali

Raġel ta’ 80 sena jweġġa gravi

Raġel iweġġa gravi wara waqgħa, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu, ir-Rabat.

Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’kunvent fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li
raġel ta’ 80 sena waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien nieżel minn taraġ li
jagħti għall-bejt.


Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei
għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.