Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Gowl ta’ Lauren James jagħti t-tieni rebħa lill-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

Grupp D:

INGILTERRA………1

DANIMARKA……..0

B’gowl kmieni wara biss sitt minuti, l-Ingilterra kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fi Grupp D hekk kif għelbu lid-Danimarka fis-Sydney Football Stadium, f’Sydney.

Il-gowl li ta r-rebħa tal-Lionesses kien skorjat mill-attakkanta ta’ Chelsea Lauren James li b’xutt mid-distanza għelbet lil Lene Christensen.

Id-Daniżi marru l-aktar viċin il-gowl tad-draw permezz ta’ Amalie Vangsgaard li d-daqqa ta’ ras tagħha stampat mal-mimduda.