Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Iċ-Ċina tegħleb lil Haiti bi plejer inqas

(Ritratt: EPA)

Grupp D:

ĊINA…….1

HAITI……0

Iċ-Ċina kisbet rebħa importanti ta’ 1-0 kontra l-Haiti minkejja li għal aktar minn siegħa lagħbu b’10 minn nies, wara li fid-29 minuta Zhang Rui ġiet murija karta ħamra diretta.

B’din ir-rebħa ċ-Ċina issa tinsab it-tieni fi Grupp D bi tliet punti daqs id-Danimarka, bl-Ingilterra fl-ewwel post b’6 punti.

B’10 minn nies, Iċ-Ċiniżi xorta waħda baqgħu fil-kontroll tal-logħba iżda l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls.

L-andament fit-tieni taqsima ħa xi ftit ta’ xejra differenti u l-goalkeeper Ċiniża Yu Zhu wettqet save mill-aqwa minn quddiemha fuq xutt ta’ Melchie Dumonay, b’Zhu idawwar f’korner.

Fit-73 minuta ċ-Ċina ingħataw penalty wara foul fil-kaxxa fuq Zhang Linyan bil-penalty jingħata wara konsultazzjoni tal-VAR. Mill-11-il metru kienet Shuang Wang li tefgħet wara Kerly Theus.