Fejn qabel kont terħilha lejn il-promenade tal-Gżira u Ta’ Xbiex għal mixja ħdejn il-baħar fil-ġranet sħan tas-sajf … issa dan l-ispażju ser jittieħed mill-pubbliku grazzi għal Transport Malta.
Dan hekk kif, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat proġett sabiex jiġu mibnija restorant u numru ta’ uffiċini fuq medda ta’ spazju pubbliku tul il-promenade tal-Gżira u Ta’ Xbiex, minkejja bosta ilmenti.
Il-proġett tal-‘kapitanerija’ f’Ta’ Xbiex jinvolvi 500 metru kwadru ta’ spazju bejn il-ġonna tal-Gżira u l-moll tal-yacht marina .. fejn issa grazzi għal dan il-proġett … ser jiġu mibdula fi spazju għall-uffiċċini bi meeting rooms, ħwienet, restoranti u żona ta’ catering fuq barra.
L-applikazzjoni mressqa minn Transport Malta turi kif dan il-proġett ser isir f’parti mit-triq ta’ ħdejn ix-xatt, u ser jinkludi wkoll parti miż-żona tal-parkeġġ u l-estensjonijiet tal-promenade.
Intant, minn naħa tagħha, l-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar tinsab iddisgustata bl-approvazzjoni tal-applikazzjoni ta’ Transport Malta ghal ristorant, ħanut u uffiċini fuq il-kosta tal-Gzira.
Dan intqal fi stqarrija ppubbikata mill-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar fejn saħqet li l-applikazzjoni kienet mimlija illegalitajiet qabel saħansitra bdiet, hekk kif Transport Malta kienet iddikjarat li kellha l-permessi f’idha għal dan is-sit fid-dokumenti tal-offerti tal-2017.
Hija żiedet tgħid li minn naħa tiegħu, s-Sindku tal-Gżira Borg Manche ammetta li l-proġett kien sar deċiż minn qabel ma saret konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Gżira.
Apparti dan, l-għaqda insistiet li l-iskuża tat-traskuraġni tal-awtoritajiet lokali li ħallew il-Ġnien tal-Gżira f’telqa m’hijiex raġuni biżżejjed biex jiġġustifika dan il-proġett.
//= $special ?>