Stewart Said
SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 13
SLIEMA FRANK SALT…………… 12
(3-2), (3-3), (5-4), (2-3)
Kellu jkun gowl ta’ Ben Plumpton 38 sekonda mit-tmiem li annulla l-isforzi ta’ Sliema li jieħdu xi ħaġa minn din il-logħba. Konfront milgħub b’mod korrett quddiem attendenza li normalment tkun aktar numeruża.
Sliema ma kellhomx prestazzjoni negattiva iżda ħarġu b’idejhom vojta minkejja li setgħu jevitaw it-telfa sal-aħħar azzjoni tal-logħba. San Ġiljan ma kellhomx l-aqwa prestazzjoni iżda l-iskwadra b’saħħithom tippermettilhom li minn logħba għal oħra jkun hemm plejers differenti li jispikkaw.
L-uniku darba li Sliema kellhom il-vantaġġ kien fil-bidu b’gowl ta’ Zach Mizzi. San Ġiljan bi tliet gowls u ħafna ħasbu li setgħu jibdew jikkontrollaw. Madankollu sal-bidu tat-tieni sessjoni Sliema għamlu l-iskor 3-3 u wieġbu darbtejn oħra wara l-gowls Ġiljaniżi, b’Aaron Younger idaħħal lil San Ġiljan 6-5 minn fuq fi tmiem it-tieni sessjoni.
Il-logħba fit-tielet sessjoni żammew l-istess andament. Sliema baqgħu fil-logħba u kellhom reazzjoni għall-gowls tal-avversarji sakemm Maro Jokovic skorja doppjetta fl-aħħar minuta u nofs, b’San Ġiljan bdew l-aħħar sessjoni 11-9.
Il-kowċ Slimiż Dejan Savic daħħal lill-gowlkiper ta’ riserva Andrew Bugeja. Sliema rnexxielhom ineħħu d-differenza sa nofs l-aħħar sessjoni. B’riżultat ta’ 12-12, il-logħba setgħet tmur kull naħa iżda kien Plumpton li b’opportuniżmu miċ-ċentru żerżaq il-ballun wara Bugeja. Sliema fallew okkażjoni ta’ superjorità numerika lejn it-tmiem.
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, A. Galea, B. Plumpton (2), M. Jokovic (4), M. Zammit (1), J. Bonavia, A. Younger (3), J. Abela (2), N. Zammit (1), Da. Zammit, R. Caruana, G. Borg, G. Bonavia, N. Bonavia
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea, J. Gambin (1), Z. Mizzi (4), B. Cachia (2), J. Cutajar (1), M. Mifsud, J. Brownrigg, D. Kholod (1), A. Prlainovic (1), D. Zammit (1), A. Bugeja, E. Schembri (1), S. Engerer
Referees: Massimiliano Sponza, Ronnie Spiteri
VALLETTA IZIBET…………….. 17
MARSASKALA ESC……………. 9
(4-2), (2-0), (5-5), (6-2)
Rebħa importanti għal Valletta Izibet fit-tentattiv li jkomplu l-kampjonat fil-play-offs. F’dak li kien konfront dirett, Valletta kisbu t-tielet rebħa fil-kampjonat u ħallew lil Marsaskala mingħajr punt qabel l-aħħar logħba, bl-Iskalin destinati li jispiċċaw fis-sitt post.
Marsaskala qatt ma kellhom il-vantaġġ fil-logħba u kien biss meta Jake Ciantar ġab id-draw meta ma kinux minn taħt. Spikkat fl-ewwel sessjoni d-doppjetta ta’ Ivan Nagaev, b’Valletta jiskorjaw tnejn mingħajr risposta fit-tieni sessjoni u temmewha 6-2.
Fit-tielet sessjoni daħal jilgħab Aidan Muscat flok il-gowlkiper regolari Jurgen Micallef li ma kienx fl-aħjar kundizzjoni minkejja li prova jirkupra. Minkejja l-isforzi tagħhom, Marsaskala resqu biss sa tliet gowls bogħod u saħansitra bdew l-aħħar sessjoni 11-7 minn taħt.
Valletta aċċertaw mir-rebħa fl-aħħar sessjoni b’erba’ gowls konsekuttivi u kellhom il-kumdità li setgħu jamministraw l-aħħar nofs sessjoni.
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo, J. Cassar (2), S. Busuttil, A. Vlahovic (2), D. Paolella (1), I. Nagaev (7), S. Micallef, A. Agius (1), K. Borg (3), K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco, J. Chircop (1)
Marsaskala: A. Muscat, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera, R. Greco, E. Manzi (2), K. Navarro, D. Tully, D. Pace Lupi (1), G. Sammut, J. Ciantar (5), M. Carani (1), J. Micallef, T. Sedlmayerm, F. Scardino
Referees: Massimo Angileri, Stefano Alfi
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 15
EXILES WELBEE’S……………. 10
(5-2), (5-5), (3-2), (2-1)
Rebħa oħra għal Birżebbuġa Freeport li żżommhom b’punti massimi fl-Ewwel Diviżjoni. Tliet punti meritati għal Birżebbuġa hekk kif sa mill-bidu ħadu kontroll tal-logħba u poġġew lil Exiles biex jiġru wara r-riżultat il-ħin kollu.
Birżebbuġa rkupraw wara l-gowl inizjali ta’ Valentino Gallo u marru 3-1 u 5-2 minn fuq. Huma saħansitra kabbru l-vantaġġ għal 7-3 u għalkemm Exiles irkupraw żewġ gowls lura, Birżebbuġa wessgħu d-distakk għal 10-6 sakemm Kurt Griscti wieġeb għal Exiles lejn tmiem is-sessjoni.
Max Aquilina deher li seta’ jdaħħal lil Exiles fil-logħba fit-tielet sessjoni iżda Birżebbuġa għamlu ċert mit-tliet punti b’doppjetta ta’ Peter Borg u gowl ta’ Balasz Erdelyi għal vantaġġ komdu ta’ 13-8. Huma kkontrollaw il-vantaġġ fl-aħħar sessjoni.
Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (2), N. Cassar, B. Grech (3), D. Brguljan (4), M. Manara, S. Bezzina, D. Cutajar, B. Erdelyi (5), K. Tanti, G. Mannino (1), M. Curmi, C.D. Borg, J. Sciberras, D. Farrugia
Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, V. Gallo (3), G. Molina (3), N. Burlin, M. Fenech, K. Griscti (2), N. Paris (1), M. Martellacci, M. Aquilina (1), N. Saliba, F. Buhagiar, M. Paris Roding, L. Pursehouse
Referees: Massimiliano Sponza, Alex de Raffaele
//= $special ?>