Settembru 2011 – Gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi grazzi wkoll għall-ħidma tas-Segretarju Parlamentari Mario de Marco u l-Ministru Tonio Fenech – kien wettaq estensjoni ta’ ftit inqas minn miljun u nofs ewro fil-promenade ta’ San Pawl il-Baħar.
Dan kien proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea u implimentata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Lulju 2023 – il-midja Laburista b’pompi qawwija rrapportaw li tlesta x-xogħol infrasrutturali tal-Belvedere bi proġett t’investiment ta’ ftit aktar minn ħames mitt elf ewro. Kumplimentat b’konferenza tal-aħbarijiet immexxija mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo kumplimentata bi pjanċa kommemorattiva għal dan ir-rinnovar – fid-dawl u pavimentar.
Dan hekk kif wara 10 snin – din iz-zona li kien investa fiha Gvern Nazzjonalista, Gvern Laburista kien ħalliha tintelaq u wara l-istat ta’ abbandun li tħalliet fiha…issa l-Labour għamel xogħol ta’ rinnovar li kellu obbligu li jwettaq.
Ironikament l-unika oġġett li ma ġietx irrinovata hija proprju l-irħama kommemorattiva li kienu kixfu Tonio Fenech u Mario de Marco flimkien mas-Sindku ta’ dak iż-żmien Graziella Galea.
Din l-attitudni mhux l-ewwel darba li rajniha minn naħa tal-Gvern tal-Labour fl-aħħar xhur u snin – imġieba ugwali f’diversi proġetti rinnovati ta’ ġonna, parks f’Ta’ Qali fosthom għall-familja u għall-annimali.
Zoni li tħallew f’sitwazzjoni ta’ żdingar fl-aħħar 10 snin sabiex imbgħad Gvern tal-Labour jiprova jnessi li kien proprju hu li ħalla dawn iz-zoni u spazji miftuha f’abbandun – għad-detriment tal-familji Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>