Lokali Qorti

Malti jinqabad b’7 kg kokaina wara wasla bil-katamaran

Malti ta’ 37 sena mill-Fgura ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija mal-wasla tiegħu f’Malta bil-katamaran minn Sqallija fuq sejba ta’ droga.

Ir-raġel u l-vann li kien qed isuq, ittieħdu l-garaxx tal-Pulizija u mill-investigazzjonijiet u tfittxijiet li saru, irriżulta li kien hemm madwar seba’ kilogrammi ta’ sustanza suspettata droga kokaina u 100 gramma ta’ sustanza suspettata raża tal-kannabis moħbija fl-axle tar-roti ta’ wara tal-imsemmi vann.

Jirriżulta li d-droga misjuba għandha valur ta’ aktar minn €400,000 fis-suq.

Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u r-raġel qed jinżamm arrestat, u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Membri mid-Dipartiment tad-Dwana assistew lill-Pulizija waqt din l-operazzjoni.