Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ l-isprint race tal-Belġju

(Ritratt: EPA)

Max Verstapen rebaħ l-isprint race li saret fil-Belġu. Fit-tieni post temm Oscar Piastri filwaqt li fit-tielet post temm Pierre Gasly.

Carlos Sainz u Charles Leclerc temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. It-trio Brittaniku ta’ Lando Norris, Lewis Hamilton u George Russell temmew bejn is-sitt u t-tmien post, bis-sewwieq Franċiż Esteban Ocon itemm fid-9 post. Daniel Ricciardo temm fl-għaxar pożizzjoni.

Il-Grand Prix tal-Belġju jiġi fi tmiemu għada bit-tellieqa prinċipali tibda fit-3.00pm.