Grupp F:
FRANZA…..2
BRAŻIL……..1
Franza kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq il-Brażil, biex telgħu fl-ewwel post ta’ Grupp F b’4 punti.
Il-Les Bleus fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta Kadadiatou Diani rċeviet kross mix-xellug mingħand Karchaoui, bil-plejer ta’ PSG bir-ras tgħaddi lejn Eugenie Le Sommer li bir-ras tefgħet fix-xibka biex l-ewwel taqsima ntemmet b’ vantaġġ għal Franza.
Il-Brażil irnexxielhom iġibu l-gowl tad-draw fit-58 minuta meta x-xutt ta’ Keralin kien blukkat mid-difiża iżda spiċċa f’saqajn Debinha li b’eleganza tefgħet fir-rokna tax-xibka.
Il-Franċiżi baqgħu jemmnu fi tliet punti u fit-83 minuta kross preċiż ta’ Selma Bacha sab lil Wendie Renard li b’daqqa ta’ ras skorjat dak li kellu jkun il-gowl li ta tliet punti lil Franza li jtellawhom fil-quċċata ta’ Grupp F.
//= $special ?>