Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: L-Iżvezja jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss b’rebħa kbira fuq l-Italja

(Ritratt: EPA)

Grupp G:

ŻVEZJA…..5

ITALJA……0

Fi Grupp G, f’ Wellington Regional Stadium, kollox faċli għall-Iżvezja mill-mument li fetħu l-iskor fejn minkejja li l-Italja kellha aktar pussess, l-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima kienu fatali.

Fid-39 minuta minn azzjoni ta’ Jonna Andersson kienet Amanda Ilestedt li għelbet lil Francesca Durante għall-gowl vantaġġ għall-Iżvezja. Ebda reazzjoni mill-Italja li fl-44 minuta sofriet it-tieni gowl skorjat minn Fridolina Rolfo.

Fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud kienet Stina Blackstenius li mill-ġdid għelbet lil Durante għat 3-0. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima.

Bil-partita deciża fil-50 minuta minn pass ta’ Andersson, kienet mill-ġdid Amanda Ilestedt li għamelt l-iskor 4-0 sabiex fil-95 minuta b’azzjoni personali Rebecka Blomquist qatgħet id-difiża u b’xutt fil-baxx għamlet l-iskor 5-0.