Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Rebħa storika għal Ġamajka fuq il-Panama

(Ritratt: EPA)

Grupp F:

PANAMA ………… 0

ĠAMAJKA ……….. 1

Minn Grupp F wkoll il-Ġamajka kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq il-Panama biex b’hekk saħħew iċ-ċansijiet tagħhom li jagħmluha għal fażi tan-knockout, hekk kif telgħu fit-tieni post b’erba’ punti, punti ndaqs ma’ Franza, u punt aktar mill-Brażil.

Din kienet ukoll partita storika għal Ġamajka hekk kif din ir-rebħa kienet l-ewwel rebħa tagħhom fit-Tazza tad-Dinja tan-nisa.

Il-gowl deċiżiv wasal fis-56 minuta meta minn cross ta’ Trudy Carter kienet Allyson Swaby li bir-ras xeħtet fix-xibka għar-riżultat memorabbli.

B’din it-telfa il-Panama nqalgħu mill-fażi tal-gruppi, bl-aħħar partita kontra Franza, tkun biss formalita għalihom.