Jekk ma titteħidx azzjoni b’mod urġenti Malta tinsab f’riskju li titlef l-appeal tagħha bħala d-destinazzjoni favorita qalb it-turisti.
Dan kien l-appell li fil-bidu tal-ġimgħa l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti għamlet lill-Gvern bi tħassib fost oħrajn dwar iż-żamma ta’ indafa u rinfurzar madwar il-Gżejjer Maltin.
L-MHRA saħqet li hemm bżonn li naqbdu l-barri minn qrunu u nammettu li s-sitwazzjoni fit-toroq ta’ pajjiżna huma fi stat degradanti tant li qed nimbuttaw lit-turisti milli jerġgħu jżuruna.
Aktar kmieni din il-ġimgħa tkellem dwar dan proprju l-President tal-MHRA, Tony Zahra fejn insista dwar il-bżonn ta’ bidla fil-mudell ekonomiku.
Għaldaqstant is-Sibt filgħodu Net News żar waħda mill-aktar lokalitajiet turistiċi f’pajjiżna dik ta’ San Pawl il-Baħar. Persuni li tkellmu magħna spjegaw li f’ċertu żoni hemm boroż suwed li ilhom quddiem biebhom sa mill-jum ta’ Tlieta.
Bħal ma jixhdu l-filmati, jidher munzell skart – dan għaliex, komplew jispjegawlna li diversi persuni – fil-maġġoraprti tagħhom barranin – qed joħorġu l-iskart mhux fil-jum iddedikat għal borża s-sewda bil-konsegwenza li jitħalla hemm.
Huma saħqu li saru diversi rapporti lill-awtoritajiet kompetenti madanakollu ma twettaq ebda rinfurzar.
//= $special ?>