Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Standards għall-Ħarsien Soċjali, Lisa Cassar Shaw irriżenjat mill-kariga tagħha wara biss sena mill-ħatra.
Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal lil Cassar Shaw sabiex tagħti r-riżenja tagħha f’inqas minn sena.
Dan hekk kif Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela kien ħatar lil Lisa Cassar Shaw bħala CEO TAL-SCSA fit-2 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet.
Lisa Cassar Shaw ħadet post Angele Ellul Fenech li kienet is-CEO preċedenti. Cassar Shaw kienet ġiet eletta bħala kunsilliera tal-Partit Laburista għal Tas-Sliema fl-2013, fejn serviet sal-aħħar elezzjonijiet.
Din l-awtorità, forst l-oħrajn, tirregola l-istandards fi djar u faċilitajiet ta’ kura għall-anzjani.
Għaldaqstant … fl-aħħar xhur dan is-settur kien jinsab fil-mira tal-krittika dwar il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani b’mod partikolari ta’ dawk li huma residenti fid-Dar ta’ Bormla…. wara li Gvern Laburista imexxi minn Robert Abela iddeċieda li jwaqqa’ id-dar tal-anzjani ta’ Bormla li inbniet snin ilu fl-1997 … bl-allegazzjoni serja li din il-binja għandha id-difett fil-konkos u hija ta’ periklu għar-residenti li jgħixu fid-dar, għaliex tista’ taqa’ mil-lum għal għada.
Din l-aħbar ħolqot pandimonju sħiħ u werwret lill-anzjani u l-qraba kollha tagħhom, bil-Ministru innifsu kien ikkonfermalna illi l-Gvern ta’ Robert Abela kien jaf bil-periklu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla b’riskju għall-anzjani kollha residenti hemmhekk… iżda għażel li jieħdu azzjoni dwar dan sentejn wara .. meta beda jaqa’ l-konkrit.