Abela vvota favur il-liberalizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-Enerġija u ma jafx
Robert Abela lanqas biss jaf li l-Gvern tiegħu stess ivvota favur il-liberalizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-Enerġija fil-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.
Fl-2019, il-Gvern ta’ Robert Abela vvota fl-Unjoni Ewropea favur li tiġi lliberalizzata d-distribuzzjoni tad-dawl fl-Unjoni Ewropea. Wara l-2027, minħabba dan il-vot, se jkun hemm liberalizzazzjoni awtomatika tad-distribuzzjoni, anke f’pajjiżna, hekk kif tiskadi d-Deroga li għandha Malta.
Issa, pajjiżna jista’ jipprepara għal dan billi jissaħħaħ ir-rwol tar-Regolatur għall-Enerġija, billi anke jkun hemm obbligi ġodda li jistgħu jimponu fuq l-operatur biex il-konsumatur jibqa’ protett, kif qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista, inkella jdaħħal rasu fir-ramel kif qed jagħmel u ma jipprepara xejn għal dak li se jiġri fl-2027.
Robert Abela għandu jieqaf idawwar kollox f’ballun politiku partiġġjan u jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn fl-interess nazzjonali u tal-konsumatur, inkluż it-twettieq tal-kumplament tal-proposti li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista għat-tisħiħ tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’pajjiżna.
//= $special ?>