Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Demi Vollering tirbaħ it-Tour de France tan-nisa

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieqa Olandiża Demi Vollering rebħet l-ewwel Tour de France tagħha wara li temmet fit-tieni post fit-tmien stadju tal-lum.

Vollering kważi kkonfermat ir-rebħa s-Sibt li għadda bir-rebħa impressjonanti tagħha fis-seba’ stadju.

Fl-ewwel post fit-tmien stadju temmiet Marlen Reusser fuq SD Worx b’ħin ta’ 29 minuta u 15-il sekonda, filwaqt li Vollering ukoll ta’ SD Worx temmiet għaxar sekondi wara.

Lotte Kopecky ta’ SD Worx temmiet fit-tielet post, segwita minn Grace Brown fuq FDJ-Suez.

Fil-ħames post spiċċat Riejanne Markus ta’ Jumbo-Visma.

Fil-klassifika ġenerali, Vollering rebħet l-unur b’ħin totali ta’ 25 siegħa, 17-il minuta u 35 sekonda, filwaqt li Kopecky temmiet fit-tieni post b’ftit iktar minn 3 minuti differenza.