Sport Sport Ieħor

Għawm: Rekord dinji ieħor mill-Awstralja

It-tim tar-relay tal-irġiel u nisa ta’ 4x100m freestyle tal-Awstralja kiser ir-rekord dinji f’ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni fil-kampjonati tad-dinja tal-għawm li qed isiru f’Fukuoka fil-Ġappun.

L-erba’ għawwiema tal-Awstralja għamlu d-distanza fi 3 minuti 18.83 sekondi. Fit-tieni post daħlet Istati Uniti fi 3 minuti 20.82 sekondi filwaqt li r-Renju Unit fi 3 minuti 21. 68 sekondi.

Għall-Awstralja, l-ħin stabbilit magħmul minn Jack Cartwright, Kyle Chalmers, Shayna Jack u Mollie O’Callaghan għeleb ir-rekord preċedenti ta’ 3 minuti 19.38 sekondi, stabbilit ukoll mit-tim Awstraljan fil-kampjonati tad-dinja tas-sena li għaddiet li saru f’Budapest.

Fir-relays l-Awstralja kisret wkoll ir-records tad-dinja fl-4 X 100 metru freestyle nisa u fl-4 X 200 metru freestyle nisa. Mollie O’Callaghan kienet membru fit-tliet timijiet tar-relay u kisret wkoll rekord dinji individwali fil-200m freestyle tan-nisa.