It-tim nazzjonali Malti tal-hockey li qed jieħu sehem f’Pool A mill-Kampjonat tal-Ewropa t-Tielet Kategorija, kisbeb l-ewwel rebħa meta għeleb lis-Serbja bl-iskor kbir ta’ 8-0.
Malta marret fil-vantaġġ fis-sitt minuta b’gowl ta’ Thomas Degiovanni sabiex fit-tieni quarter Malta skorjat tliet darbiet oħra fi spazju ta’ seba’ minuti permezz ta’ Keith Calleja, Chris Agius u Zak Degiovanni.
Wara li fit-tielet quarter ma kien skorjat l-ebda gowl, fir-raba’ quarter, it-tim immexxi minn Christ Attard għalaq il-partita permezz ta’ tliet gowls oħra skorjati minn Luke Bajada, Julian Zahra u Thomas Degiovanni.
Aktar qabel, Malta lagħbet ir-raba’ partita tagħha f’dawn il-Kampjonati li qed isir fi Skierniewice fil-Polonja, meta tilfet 5-2 kontra l-Kroazja. Għal Kroazja skorjaw: David Krajinovic, Gregor Fujs, Luka Mesaric, Noa Sluga u Marko Cacic filwaqt li għal Malta skorjaw Keith Calleja u Karl Chircop.
Bir-rebħa fuq is-Serbja Malta kisbet erba’ punti minn ħames partiti wara rebħa, draw u tliet telfiet.
