Internazzjonali

Il-Kanada: Jiżdiedu l-vittmi tan-nirien bla preċedent fil-provinċja ta’ British Columbia

epa10067748 A wildfire burns forest in the surroundings of the village of Memoria, in the municipality of Leiria, in the center of Portugal, 12 July 2022. Four fires in the districts of Santarem and Leiria are mobilizing more than 1,100 workers, about 320 vehicles and 13 aircraft, according to the Civil Protection. EPA-EFE/PAULO CUNHA

Is-servizzi għall-emerġenzi fil-Kanada qed jikkumbattu mal-agħar inċidenzi ta’ nirien qalb foresta u art aħrax fiħ-żmien kollu li ilhom jinżammu r-rekords…Dan meta miet it-tielet pumpier li kien involut ma’ skwadra li qed tipprova tikkontrolla nirien kbar viċin Fort St John, fil-provinċja ta’ British Columbia.

Is-sitwazzjoni tan-nirien f’din il-provinċja saret inkontrollabbli, bir-residenti qed jispiċċaw evakwati minn zona lejn il-nofsinar imbiegħed ta’British Columbia u li hi qrib tal-Istati Uniti.

Dan meta madwar terz tan-nirien kollha li bħalissa qegħdin jaqbdu fil-Kanada jinsabu f’dik il-provinċja partikulari – bin-nirien, jew wildfires, li qabdu f’dan l-istaġun fil-Kanada jeqirdu medda ta’ territorju ekwivalenti għad-daqs tal-Korea t’Isfel jew Kuba.

Iż-żewġ pumpiera l-oħra li tilfu ħajjithom spiċċaw vittmi ta’ inċidenti separati waqt li persuna oħra, f’dan il-każ il-pilota ta’ ħelikopter li kien qed jgħin fl-isforzi għall-kontroll tan-nirien, miet wara li ġġarraf fil-provinċja ta’ Alberta. Intant, xi 613 minn fost id-990 nirien attivi fil-Kanada huma kunsidrati bħala inkontrollabbli u ta’periklu konsiderevoli għall-komunitajiet.