It-tifel tal-President Kolombjan Gustav Petro fl-aħħar sigħat kien qed jinżamm taħt arrest dwar ħasil ta’ flus u fir-rigward ta’ akkużi li hu kien qed japprofitta mill-mezzi illegali biex iżid mal-ġid personali.
L-arrest ta’ Nicolas Petro seħħ fuq id-direttiva tal-Avukat Ġenerali tal-Kolombja u hemm ukoll allegazzjonijiet li hu kien tħallas il-flus mit-traffikanti tad-droga biex jiffinanzja l-kampanja elettorali ta’ missieru u biex (anki) ikomplu l-isforzi tal-President biex jikseb il-paċi mal-gruppi tar-ribelli fil-pajjiż.
Nicolas Petro, li hu wkoll politiku fil-provinċja ta’ Atlantico, qed jiċħad għall-akkużi waqt li qal li lest biex jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet li qed imexxu l-investigazzjoni. Dan meta l-eks-mara tiegħu wkoll spiċċat arrestata bħala parti mill-inkjesta.
Il-President Petro, li hu l-ewwel Mexxej Kolombjan tax-xellug, ċaħad li qed jieħu l-flus mingħand it-traffikanti tad-droga fil-Kolombja. Fil-fatt, hu, xhur ilu, kien talab lill-prosekuturi biex jinvestigaw lil ibnu u fl-aħħar sigħat għamilha ċara mill-ġdid li mhu se jindaħal bl-ebda mod f’din l-investigazzjoni.
//= $special ?>