Jo-Etienne Abela, attwalment il-Ministru tal-Anzjanità, iddejjaq u xebgħa jaħdem fil-Kabinett tal-Ministri suppost immexxi minn Robert Abela.
Jo-Etienne Abela jixtieq li b’mod immedjat jirritorna biex jaħdem fil-professjoni medika fejn mhux biss jaqla’ ħafna aktar flus, iżda, fuq kollox, jitbiegħed mill-ambjent tossiku li qiegħed ikollu jħabbat wiċċu minnu fejn il-ġlied intern, il-gambetti interni u l-manuvri interni ma jqisx li huma parti mill-istil tal-ħajja tiegħu.
Jo-Etienne Abela qiegħed jissuġġerixxi lil Robert Abela biex jieħu din l-opportunità ta’ ċaqlieq fil-Kabinett tal-Ministri u hekk lilu jneħħilu r-responsabbiltajiet li għandu fil-preżent. Jidher iżda li Robert Abela ma jikkondividix din ix-xewqa għaliex qiegħed jaħseb għall-futur meta allura se jipprova jżomm kelmtu u jagħmel lil Jo-Etienne Abela Ministru responsabbli mis-Saħħa minflok id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
Dan hu xenarju ġdid li qed niżvelaw illum flimkien ma’ dak li żvelajna fil-jiem li għaddew li Robert Abela – s’issa falliment totali – irid li l-Ministru Anton Refalo jwarrab minħabba l-każ tal-famuża ġebla ta’ valur storika li spiċċat fil-bitħa tad-dar.
//= $special ?>