Għal darb’oħra s-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen temm it-tellieqa fl-ewwel post, din id-darba fil-Belġju fit-trakka ta’ Spa-Francorchamps.
Din hija t-tmien rebħa konsekuttiva għas-sewwieq Olandiż, u l-għaxar rebħa minn tnax-il tellieqa li saru f’ dan l-istaġun.
Verstappen temm it-tellieqa bil-ħin ta’ 1:22:30.450, filwaqt li fit-tieni post temm sieħbu ta’ l-istess tim Sergio Perez.
Ritorn mal-ewwel tlieta għal Charles Leclerc hekk kif temm quddiem Lewis Hamilton fir-raba’ post.
Fernando Alonso ta’ Aston Martin spiċċa fil-ħames post, segwit minn George Russell ta’ Mercedes fis-sitt post.
Is-sewwieq ta’ McLaren Lando Norris irkupra sew minn żball fil-bidu tat-tellieqa u temm fis-seba’ post, filwaqt li Esteban Ocon kellu prestazzjoni ħafna aħjar mill-aħħar tellieqa hekk kif daħal fit-tmien post.
Lance Stroll ta’ Aston Martin u Yuki Tsunoda ta’ Alpha Tauri kienu l-aħħar żewġ sewwieqa li temmew mal-ewwel għaxra.
L-isfortuna għal Carlos Sainz ta’ Ferrari kompliet tikber hekk kif kien wieħed miż-żewġ sewwieqa li ma temmx it-tellieqa, b’ Oscar Piastri ta’ McLaren ikun l-ieħor
//= $special ?>