Proġett ta’ skavar u riċerka jwassal għal sejba ta’ dar antika li se tgħin lil pajjiżna jiskpori aktar dwar il-perjodu tar-Rumani. Din id-dar antika nstabet biswit id-Domus Romana fir-Rabat f’kundizzjoni eċċellenti waqt skavar minn grupp ta’ riċerkaturi flimkien ma’ sitt studenti mill-University of South Florida.
Dan l-iskavar huwa parti minn proġett ta’ riċerka dwar kif kienet il-ħajja elfejn sena ilu, meta r-Rumani kienu jaħkmu lil Malta, fi żmien meta pajjiżna kien użat għall-waqfien militari u l-kummerċ marittimu.
Wara sajf ta’ tħaffir, ipproċessar u tindif ta’ fdalijiet tal-perjodu Ruman fi ħdan id-Domus Rumana, it-tim skopra porzjoni ta’ binja. It-tim skopra dar biswit id-Domus Romana, b’ħajt li jlaħħaq it-tlett metri, tul li qatt ma nstab f’residenzi Rumani fil-baħar Mediterran.
Id-Domus Romana hija binja mill-isbaħ imżejna b’irħam tal-mużajk, affreski mal-ħitan u dekorazzjonijiet tal-irħam. Led Tanasi, professur u direttur tal-USF Institute of Digital Exploratio, jgħid li fi żmien l-Imperu Ruman, hemm probabilta’ kbira li din kienet tintuża bħalha residenza ta’ rappreżentatur tal-Imperu.
Waqt ir-riċerka, t-tim sab li d-dar hija mżejna b’madum tal-art tat-terracotta, b’tikħil tal-affresk. Instabet ukoll sistema antika għar-rimi tal-iskart mimlija fuħħar, reċipjenti tal-ħġieġ, għadam tal-annimali u anke faħam. Din is-sejba se tgħin fir-riċerka dwar kif kienu jgħixu dawn in-nies.
Wieħed mil-irwoli li għandu dan il-proġett ta’ riċerka huwa li jippriserva il-wirt kulturali b’mod diġitali, bili jieħdu ammont ta’ ritratti li wara jintużgħu biex jinħoloq mudell 3D.
//= $special ?>