Mużika

Spettaklu mill-isbaħ waqt kunċert mill-Orkestra Residenzjali ta’ Vjenna f’Palais Auersperg

Melodiji sempliċi, grazzjużi, u mimlija sentimenti mżejna bil-kant sopran u bil-ballet komiku.

Dan kien li ħonoq waħda mis-swali f’Palais Auersperg, is-sala Rosenkavalier fi Vjenna b’kunċert mill-isbaħ imtella’ mill-Orkestra Residenzjali ta’ Vjenna bil-gwida tal-vjolinista, Alan Vizvary. Kunċert b’melodiji tal-aqwa kompożituri, Mozart u Strauss.

Jakkumpanjaw lill-Orkestra kien hemm is-sopran Vesselin Stoykov u Marelize Gerber.

U ma jistax jonqos is-sehem taż-żeffiena tal-ballet, Luisa Solowjowa u Jannis li ħallew lill-udjenza bi tbissima liema bħalha bl-istorja ta’ koppja li ħolqu permezz taż-żfin.