Grupp H:
ĠERMANJA……..1
KOLOMBJA…….2
Daqqa ta’ ħarta għall-Ġermanja, li wara r-rebħa ta’ 6-0 kontra l-Marokk, sfaw megħluba fit-tieni mpenn tagħhom kontra l-Kolombja.
Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls, kienu l-Kolombjani li fetħu l-iskor fit-52 minuta bi ġmiel ta’ gowl minn Linda Caicedo li wara li qabżet żewġ plejers fil-kaxxa, l-attakkanta ta’ Real Madrid tefgħet il-ballun fir-rokna ta-xibka b’ Merle Frohms megħluba għal kollox.
Il-Ġermaniżi ngħataw penalty fit-88 minuta meta l-goalkeeper Perez Jaramillo waqgħet lil Lena Oberdorf fil-kaxxa. Mill 11-il metru Alexandra Popp ma żbaljatx biex għamlet l-iskor għal darb’oħra ndaqs.
Meta kollox deher li l-partita se tispiċċa fi draw ta’ 1-1, korner mogħti minn Leicy Santos Herrera sab lil Manuela Vanegas li b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ għelbet lil Frohms u tat rebħa importanti lill-Kolombja li issa jridu biss punt mill-konfront kontra l-Marokk biex jikkwalifikaw.
//= $special ?>