Grupp A:
NORVEĠJA……6
FILIPPINI……….0
Minn Grupp A, f’Eden Park, ebda problema għan-Norveġja b’rebħa ta’ 6-0 fuq il-Filippini li kienet biżżejjed biex għaddew mill-grupp b’differenza ta’ gowls aħjar minn New Zealand.
Fis-6 minuta minn azzjoni ta’ Thea Bjelde kienet Sophie Roamn Haug li għelbet lil Olivia McDaniel biex fetħet l-iskor għan-Norveġja. Fis-17-il minuta l-iskor sar 2-0 fejn minn pass ta’ Vilde Boe Risa kienet mill-ġdid Haug li kabbret l-iskor. Fil-31 minuta kienet Caroline Graham Hansen li għamlet l-iskor 3-0, skor li biħ intemmet l-ewwel taqsima.
It-tieni taqsima kienet biss formalità l-aktar wara li auto-gowl ta’ Alicia Barker fit-48 minuta wassal għall-4-0 u wisq aktar fit-53 minuta minn penalty mgħoti u skorjat minn Guro Reiten. Fis-67 minuta tkeċċiet Sofia Harrison għall-Filippini u fil-95 minuta minn azzjoni ta’ Guro Reiten kienet mill-ġdid Sophie Roman Haug li għamlet l-iskor 6-0 u kwalifikazzjoni mal-aħħar sittax għan-Norveġġa
//= $special ?>