Grupp A:
ŻVIZZERA…………….0
NEW ZEALAND…..0
Bi draw ta’ mingħajr gowls bejn l-Iżvizzera u n-New Zealand fil-Forsyth Bar Stadium, f’Duedin, kienu l-Iżviżżeri li rebħu Grupp A b’5 punti filwaqt li n-New Zealand spiċċaw b’4 punti daqs in-Norveġja, iżda kienu dawn tal-aħħar li kwalifikaw hekk kif kellhom differenza ta’ gowls aħjar.
In-New Zealand, wieħed mill-organizzaturi ta’ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, kienu aħjar mill-avversarji, iżda konxji mill-fatt li draw kien biżejjed, l-Iżvizzeri ddefendew tajjeb id-draw sat-tmiem.
B’hekk, New Zealand sar l-ewwel nazzjon li organizza t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li safa eliminat mill-fażi tal-gruppi.
//= $special ?>