Lokali

Scrapyard tinħakem minn nirien f’Ħal Għaxaq

Il-Ħadd waranofsinhar żviluppaw nirien fi scrapyard li tinsab fi Triq il-Belt Valletta f’Ħal Għaxaq.

Nies minn lokalitajiet varji qalu li raw daħna kbira fil-limiti tal-Ħal Għaxaq.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fil-post sabiex jitfgħu n-nirien. Flimkien magħhom marru wkoll il-Pulizija kif ukoll ambulanza. Dan filwaqt li t-triq spiċċat ingħalqet għal xi ħin.

Fortunatament ħadd ma’ weġġa’ kaġun ta’ dawn in-nirien.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.