Lokali

Tifla ta’ 3 snin fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn fuq dgħajsa

Tifla ta’ 3 snin kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li waqgħet minn fuq dgħajsa għall-baħar ‘l barra mill-bajja tar-Ramla l-Ħamra.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar hekk kif kelliema għall-Pulizija spjegaw ma’ Net News li t-tifla, li hi ta’ nazzjonalità Maltija, hija ttieħdet l-isptar t’Għawdex grazzi għal tim mediku li minnufih taw l-assistenza medika liċ-ċkejkna fejn sussegwentament hija ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Għaldaqstant hija ġiet trasferita minnufih lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter.

Filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta u diversi esperti sabiex jassistuha, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta ma’ dan il-każ.