Sport Sport Ieħor

Darts: Magħrufa s-semi finalisti tal-kampjonat tas-sajf

Tliet timijiet kisbu post fis-semifinali tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-Malta Darts Association wara li rebħu l-partiti rispettivi tagħhom. Minn Grupp A, Ħamrun Bayern baqgħu b’punti massimi minn disa’ logħbiet wara li għelbu lil Fgura Maypole 4-2 sabiex b’hekk għaddew għas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni.

Mill-istess grupp, Floriana MCP rebħu l-konfront dirett kontra Birgu Boċċi Club 4-2 sabiex laħquhom fil-klassifika u kollox se jkun deċiż fl-aħħar ġurnata għal min se jtemm fit-tieni post.

Fl-istess waqt, PO’s Bar u Leah’s Bar f’partita bbilanċjata temmew fi draw ta’ 3-3. Minn Grupp B, Team A Fgura u Floriana Premier CC kisbu rebħiet importanti li tawhomi l-kwalifikazzjoni għal mal-aħħar erbgħa. Team A Fgura għelbu lil Juventutis Domus 5-1 filwaqt li Floriana Premier CC iddominaw fil-partiti lil rebħu kontra Top Gun Bar 6-0 u Duke’s Bar 5-1.