Lokali Qorti

Ħabs u multa wara li ammetta li kkultiva 22 pjanta cannabis f’villa fl-Imsida

Żagħżugħ Pollakk ta’ 23 sena kien ikkundannat tliet snin ħabs mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras wara li ammetta li kkultiva 22 pjanta tal-cannibas fi ġnien ta’ villa abbandunata ġewwa l-Imsida. Minħabba s-sentenza ta’ ħabs il-Qorti mmultatu €4,500.

Szymon Wojcieck Stoklosa, li huwa homeless ammetta l-akkużi magħmulha mill-Ispettur Steven-Ryan Micallef li fl-24 ta’ Lulju 2021, u fix-xhur ta’ qabel, ikkultiva l-pjanta tal-cannabis u kien fil-pussess tagħha, liema droga ma kinitx għal użu esklusiv tiegħu.

Micallef qal lill-Qorti li l-Pulizija bdiet tinvestiga lil Stoklosa wara li rċeviet li fil-ġnien ta’ Villa Cini kienet qed titkabbar il-cannabis. Fid-data msemmija numru ta’ pulizija osservaw żagħżugħ dieħel fil-villa bil-kaxxa tal-ikel ornat minn kumpanija ta’ tqassim u jsaqqi l-pjanti. X’ħin ħareġ mill-villa l-pulizija arrestawh u fil-bagalja sabulu numru ta’ flixken tal-ilma vojta u meta daħlu fil-villa sabu 22 pjanta cannabis.

Il-pulizija wara rredjdja wil-post fejn kien dak iż-żmien kienqed jgħix f’Birkirkara fejn sabulu seba’ boroż bil-cannabis, €1,350 fi flus kontanti kif ukoll noti bl-ismijiet ta’ nies u numri tal-mobiles. Minn rapport ta’ uffiċjal tal-probation ħareġ li l-Pollakk kellu trobbija diffiċli u beda jpejjep il-cannabis ta’ 13-il sena wara li miet missieru.

Minbarra l-piena ta’ ħabs u l-multa, il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ordnat il-konfiska tal-propjetà mobbli u mmobbli taż-żagħżugħ, kif ukoll il-konfiska tad-droga.