Il-Kunsill Lokali t’Għajnsielem inawgura spazju rikreattiv f’Għajnsielem b’investiment ta’ ftit aktar minn €350,000.
Dan il-proġett magħruf bħala ‘Għajnsielem Learning Garden’ għandu aċċenn fuq l-aspett edukattiv ambjentali, l-inklużjoni u spazju aktar aħdar permezz ta’ tħawwil ta’ 27 siġra.
Il-proġett jinkludi pavimentar ġdid, bankijiet, siġar u pjanti, faċilitajiet ta’ logħob li jirrikjedi sforz fiżiku, strumenti mużikali tat-tfal, shelter għat-tfal li jaqbdu ix-xarabank tal-iskola, pitch tal-boċċi u amfiteatru. Kull siġra għanda tabella edukattiva li tinkludi wkoll l-lingwa tal-braille għal dawk li huma niqsa mid-dawl. Il-ġnien għandu illuminazzjoni li tnaqqas it-tniġġis tad-dawl filwaqt li l-kuluri li ntużaw saru b’konsultazjoni mal-Federazzjoni tal-Persuni disablita Għawdxija għal tfal bl-awtizmu.
Il-proġett ġie iffinazjat permezz ta’ skemi tal-Unjoni Ewropeja mill-Gozo Action Foundation Group u mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. L-ġnien infetaħ mis-Sindku Kevin Cauchi, s-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Civelli Zerafa u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.
//= $special ?>