Skont l-MEA, il-pagi qed jogħlew b’persentaġġ akbar minn kemm qed togħla il-produzzjoni, b’riskju kbir li li jkollna dak li jissejjaħ wage price spiral li eventwalment iwasal għal żieda sostanzjali fil-prezzijiet. Għalhekk, jeħtieġ azzjoni urġenti dwar iż-żieda enormi fil-popolazzjoni – u li jkollna ħaddiema ta’ kwalità.
Dan intqal mill-MEA wara li l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem preżentat ir-riżultati ta’ stħarriġ li sar bejn is-7 u l-24 ta’ Lulju, u li jinkludi r-risposti minn 248 negozju.
75% qalu li żieda fil-paga ma wasslitx għal żieda fil-produzzjoni daqs kemm kien mistenni, waqt li 90% qalu li bħalissa qed jiddependu fuq ħaddiema barranin. 73% ta’ dawk li jixtiequ jkabbru in-numru ta’ impjegati fil-ħames snin li ġejjien, jippjanaw li jagħmlu dan billi jimpjegaw iżjed ħaddiema barranin.
Madanakollu l-MEA tgħid li ħaddiema barranin għandhom tendenza li jbiddlu l-post fejn jaħdmu b’mod frekwenti ħafna, u dan iħalli impatt negativ fuq il-post tax-xogħol għax min iħaddem ikollu jerġa jonfoq iżjed flus f’taħriġ u għalhekk finalment iwassal għall-inqas produzzjoni.
Numru sostanzjali minn dawk li weġbu dan l-istharriġ, 82% qalu li negozju tagħhom mhux parti mill-ftehim kollettiv, waqt li 6% minnhom iħaddmu magħhom ħaddiema fuq bazi ta’ paga minima u 11% oħra li jitħalsu b’inqas minn €200 fil-ġimgħa.
Waħda mir-raġunijiet l-aktar alarmanti li qed iwasslu għall inflazzjoni fil-pagi hija nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol, waqt li iż-żieda fl-għoli tal-ħajja u żieda tal-COLA (dejjem skont in-negozji) huma ukoll ta’ detriment għas-suq tax-xogħol. 58% ta’ minn iħaddem qalu li l-COLA kella impatt qawwi fuq in-negozju tagħhom waqt li 56% qallu li qed jaffaċjaw inflazzjoni fil-paga li hija ikbar mill-inflazzjoni irreġistrata.
Il-maġġoranza qalu li iż-żieda fil-paga qed tħalli impatt qawwi fuq il-kompetitività tan-negozju tagħhom. Intant l-MEA qed tbassar li fix-xhur li ġejjin iż-żieda fil-COLA ta’ €13, se jkolla impatt qawwi fuq in-negozji b’dawk l-aktar milquta jagħlqu l-bibien tagħhom jew anka jmexxu in-negozju tagħhom f’pajjż ieħor.
//= $special ?>