Internazzjonali

Stati Uniti: Simpatja lejn Cardi B wara inċident imbarazzanti f’Las Vegas

Ħafna dilettanti tal-mużika qed jappoġġjaw lill-kantanta tar-rap Cardi B wara li din irritaljat għall-azzjoni ta’ raġel fl-udjenza li  tefgħalha tazza birra waqt li hi kienet qed tinterpreta kanzunetta fuq il-palk waqt kunċert f’Las Vegas.

Intant, Cardi B  waddbet il-mikrofonu li kellha f’idejha lejn ir-raġel  li kien fuq quddiemnett tal-folla – bil-membri tas-sigurtà, imbagħad, iduru mal-aggressur qabel ġabru l-mikrofonu u tawh lura lill-kantanta.

L-inċident inqabad fuq il-kamera minn diversi angoli u wara, numru ta’ dilettanti tal-mużika u fans ta’ Cardi B esprimew appoġġ għall-kantanta fuq il-media soċjali u fejn spikka l-messaġġ li l-ebda kantant ma għandu jispiċċa disrispettat b’dan il-mod.

L-inċident kien jerġa’ aktar umiljanti għal Cardi B għaliex wara li hi waddbet il-mikrofonu lejn il-persuna,  l-interpretazzjoni tal-kanzunetta xorta baqgħet tinstama fuq l-ispeakers u li żvelat sitwazzjoni ta’ lip syncing aktar milli kunċert tal-mużika ‘live’.