Futbol Sport

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: Draw ta’ mingħajr gowls biżżejjed għan-Niġerja biex jikkwalifikaw

(Ritratt: EPA)

Grupp B:

IRLANDA………..0

NIĠERJA…………0

In-Niġerja għamluha għall-fażi li jmiss tat-Tazza tad-Dinja meta bi draw ta’ mingħajr gowls spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp B b’5 punti.

L-Irlanda marru viċin wara 4 minuti meta Farrelly għaddiet ballun fil-faxxa lejn l-attakkanta ta’ Arsenal Katie McCabe li x-xutt tagħha għadda ċentimetri ‘l bogħod mil-lasta.

Risposta min-Niġerja fl-14-il minuta wara żball ta’ Louise Quinn, li l-pass żbaljat tagħha spiċċa f’saqajn Uchenna Kanu li għaddiet lejn Assisat Oshoala, iżda l-attakkanta ta’ Barcelona kkonkludiet barra.

Fit-52 minuta n-Niġerjani kienu sfortunati li ma marrux minn fuq meta l-kross preċiż ta’ Antionette Payne sab lil Kanu li rat id-daqqa ta’ ras tagħha tkun milqugħa b’save mill-aqwa minn Brosnan mgħejjuna nake mill-mimduda.

L-iskor sat-tmiem baqa’ ma nbidilx, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed li jissodisfa lin-Niġerjani biex jaqtgħu passaġġ għar-rawnd li jmiss.