Grupp C:
ĠAPPUN……4
SPANJA……..0
Bit-tielet rebħa konsekuttiva, il-Ġappun rebħu Grupp C fejn skorjaw 11 u ma’ qalgħu l-ebda gowl. Huma għelbu lil Spanja 4-0, f’partita li ddominaw l-aktar matul l-ewwel taqsima.
Fit-12-il minuta kienet Hinata Miyazawa li minn pass ta’ Jun Endo għelbet lil Maria Rodriguez sabiex il-Ġappun marret fil-vantaġġ. Ebda reazzjoni minn Spanja li fid-29 minuta sofriet it-tieni gowl skorjat minn Riko Ueki minn azzjoni ta’ Miyazawa.
Bil-Ġappun tiddetta l-partita, fl-40 minuta kienet mill-ġdid Hinata Miyazawa li minn azzjoni ta’ Ueki għalqet l-ewwel taqsima 3-0 favur in-Nadeshiko Japan.
Bl-andament matul it-tieni taqsima jibqa’ l-istess, fit-82 minuta l-Ġappun komplew ikabbru l-iskor meta minn azzjoni ta’ Miyabi Moriya kienet Mina Tanaka li għelbet lil Rodriguez għal skor finali ta’ 4-0.
//= $special ?>