Grupp B:
KANADA…………..0
AWSTRALJA……..4
Għall-kuntrarju tal-organizzaturi l-oħra n-New Zealand, l-Awstralja kkwalifikaw għall-fażi li jmiss hekk kif rebħu Grupp B b’6 punti wara li fl-aħħar partita tal-grupp għelbu lill-Kanada bl-iskor ta’ 4-0.
L-Awstralja fetħu l-iskor fid-9 minuta minn azzjoni ta’ Catley li tefgħet kross fil-baxx lejn Hayley Raso li b’xutt fil-baxx għelbet lil Sheridan.
Raso rdoppjat fid-39 minuta meta l-korner ta’ Cooney-Cross ma kienx imtajjar mid-difiża u spiċċa f’saqajn l-attakkanta ta’ Real Madrid, li minn fuq il-linja kompliet għal ġewwa biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-0 favur l-Awstraljani.
L-andament baqa’ l-istess fit-tieni taqsima u fit-58 minuta wasal it-tielet gowl tal-Awstralja meta Foord għaddiet tajjeb mal-linja u qassmet lejn in-nofs fejn kien hemm Mary Fowler li minn taħt il-lasta ma żbaljatx.
L-Awstraljani ssiġillaw ir-rebħa fl-94 minuta wara li ngħataw penatly għal foul ta’ Jessie Flemming fuq Katrin Gorry biex mill-11-il metru kienet Stephanie Catley li skorjat ir-raba’ gowl għall-Awstralja b’din tkun l-akbar rebħa għal-Matildas fl-istorja tagħhom.
//= $special ?>